“Issa taf. Meta tiddejjaq b'għeluqek, flok tħabbel imsarnek fl-għoqda t'għeruqek, oħroġ mill-bieb, ifrex il-mappa l-kbira, itlaq imxi, ibqa' miexi sa tintelaq, farfar trab it-tfulija minn fuq qalbek, ħalli jgħibu warajk il-kubi rieqda u ħoss ruħek tittondja ma' kull xefaq.” SelfMemoriesChildhoodMemory Book:Erbgħin Jum Source: Erbgħin Jum
“Ma mxejniex għalxejn. Kull mixja tagħlima. Dal-biża' tajjeb biss għall-poeżija. Mill-bqija jibqa' jħaffer fil-ħamrija -- jekk neħlu miegħu, jispiċċa jidfinna.” LifeSelfLife LessonsFearLet Go Book:Erbgħin Jum Source: Erbgħin Jum