“Hawn xi talba li jismagħha dan Alla tiegħek jew aħna biss mistennija nintrabtu biż-żobb ta’ maħfra?” GodReligionJusticeForgivenessAngerLord S Prayer Book:Eħlisna mid-deni Source: Eħlisna mid-deni
“Iftaħ il-ferita u erġa’ iftaħha, u meta taraha se tagħlaq, erġa’ ħaqq l-ostja iftaħha, u agħmel mezz li ma tagħlaqx. Ma tarax! Ara li ħaqqalla ma tagħlaqx dil-qaħba ferita! Għax dan-nies ordinarji ħaqqhom biss l-istmerrija ta’ min jaf u jifhem u studja l-liġi tal-allat kiefra.” HealingAngerTrauma Book:Eħlisna mid-deni Source: Eħlisna mid-deni
“Mill-postijiet kollha li setgħu bagħtuk, skola għażlu. Mank dar tal-anzjani. Mank iċ-ċimiterju, għalkemm ma nafx jeċitawkx il-mejtin ukoll. Xi tgħidli, Mons.? Jew it-tfal biss? Il-mejtin orrajt? Ma tmisshomx? Tħallihom bi kwiethom? Ma tħobbhomx l-iġsma bierda jiddekomponu bil-mod il-mod? Tippreferi l-ġilda tarija tat-tfal taħt l-età? Ftehemna. Allura ngħid jien ma setax bagħtek iċ-ċimiterju, l-Arċisqof, u b’hekk kien jiskansa ma nafx kemm-il traġedja ma’ għexieren ta’ tfal li kellhom jgħaddu minn taħt idejk?” SarcasmChild AbusePriestPaedophile Book:Eħlisna mid-deni Source: Eħlisna mid-deni
“Mill-kunvent għall-ħabs m’hemmx xi qabża kbira. Imdawwar bl-irġiel kont u tibqa’, forsi dawn tal-aħħar ftit iżjed b’saħħithom. Juruk xi jsarrfu malli taqagħlek is-sapuna fix-xawer.” PrisonJailPaedophile Book:Eħlisna mid-deni Source: Eħlisna mid-deni