“Min ma jifhimx sewwa l-karattru tiegħi jista' jidħak bija, jgħajjarni miġnun, stramb, bniedem b'demmu ffriżat...! Iżda b'liema jedd tkejjel lil ħaddieħor b'xibrek? L-għaliex kulħadd ipoġġi lilu nnifsu bħala r-regola u jittimbra lil dawk li m'humiex bħalu b'imġienen? Jien naf li jien differenti minn ħaddieħor, iżda b'daqshekk m'iniex miġnun. Għandi dritt infassal ħajti kif irrid jien u mhux kif ifassluha l-biċċa l-kbira tal-bnedmin!” PeopleLifeSelfLivingBe Yourself Book:Ħdejn in-Nixxiegħa Source: Ħdejn in-Nixxiegħa